Raġel t’40 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn xi għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ konstruzzjoni f’Ħ’Attard fi Triq il-Pitkali. Ir-raġel huwa residenti l-Imsida.
L-inċident sar għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u kien aktar tard li huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>