L-Automobile Club ta’ Malta nieda petizzjoni sabiex il-Gvern inaqqas it-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-vetturi, li huma fost l-għola fl-Ewropa. Fl-istqarrija, l-Automobile Club qal li l-Gvern qed jistma’ dħul rekord ta’ €122.7 miljun minn liċenzji tas-sewqan, taxxi tar-reġistrazzjoni u l-liċenzji annwali tal-vetturi.
Minn dawn, il-Gvern se jinvesti biss €40 miljun fil-bini u manutenzjoni tat-toroq.
L-Automobile Club ta’ Malta qal li t-taxxi fuq il-vetturi f’Malta, bħala persentaġġ tat-tassazzjoni globali, huma l-għola fl-Unjoni Ewropea.
Ma’ dan jiżdied ukoll il-prezzijiet tal-fuel li ilhom għal diversi xhur fost l-għola fl-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, il-prezz tal-petrol mingħajr taxxi u sisa imma inkluż il-qliegħ, hu t-tielet l-għola wara d-Danimarka u l-Estonja, f’sitwazzjoni fejn bil-monopolju tal-Enemed, hu l-Gvern stess li qed jiffissa l-prezzijiet tal-fuel f’Malta.
L-Automobile Club ta’ Malta, fid-dawl ta’ dawn it-taxxi għoljin u n-nuqqas ta’ investiment fit-toroq, sejjaħ biex il-Gvern inaqqas it-taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq il-vetturi. Min hu interessat jiffirma l-petizzjoni, jista’ jagħmel dan fil-link
https://www.facebook.com/Malta-Automobile-Club-484683321570286/
//= $special ?>


