Lokali

Passiġġiera fuq mutur tweġġa’ gravi

Ritratt mill-arkivji

Mara ta’ 33 sena, li kienet passiġġiera fuq mutur, dalgħodu weġġgħet gravi wara li l-mutur kienet fuqu kien involut f’inċident fi triq Dun Karm l-Imsida.

L-inċident seħħ,  meta s-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 33 sena minn Marsaskala, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Honda u s-sewwieq flimkien mal-mara waqgħu minn fuq il-mutur.

Ir-raġel kif ukoll il-mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei bir-raġel isofri ġrieħi ħfif u l-mara ssofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.