Raġel ta’ 32 qed isofri ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku meta kien qed isuq mutur li ħabat ma vettura tat-tip Nissan misjuqa minn raġel ta’ 28 sena min-Naxxar. Fil-ħin tal-inċident ir-raġel kellu miegħu mara ta’ 26 sena li t-tnejn joqogħdu n-Naxxar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00am fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza biex tieħu lir-raġel u l-mara tal-mutur l-isptar Mater Dei għall-aktar kura.
Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi ħfief.
//= $special ?>