Lokali

Solidarjetà ma’ dawk li qed jissieltu l-marda tal-kanċer tas-sider – MNPN

Fl-okkazzjoni tax-xahar t’Ottubru ddedikat għall-għarfien tal-marda tal-kanċer tas-sider, l-MNPN jixtieq juri solidarjetà ma’ dawk li qed jissieltu ma’ din il-marda. Infakkru li dan il-kanċer, għalkemm prinċipalment jolqot in-nisa, jista’ jaffettwa wkoll numru żgħir t’irġiel.

Il-bidu tal-mammografiji b’xejn mill-gvern inbeda f’Ottubru tas-sena 2010, meta Gvern Nazzjonalista flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa konxji mill-fatt li l-kanċer tas-sider fin-nisa kien fost l-iktar komuni min kanċer ieħor, fetaħ it-testijiet għan-nisa ta’ bejn il-50-60 sena. B’hekk ikun jista’ jiġi ddentifikat fi stadju bikri, tingħata l-kura minn kmieni u jkun hemm iktar ċans ta’ fejqan.

L-MNPN qalet lil dawk li forsi minħabba biża ma jatteccettawx li jaghmlu t-test tal-mammografija, biex ineħħu din il-biża għaliex f’dawk il-ftit mumenti tista’ tkun qed issalva ħajtek.

Ninagħqdu wkoll ma’ kull min qiegħed jaħdem biex ikabbar dan l-għarfien għaliex nemmnu li s-saħħa tal-bniedem għandha tiġi l-ewwel qabel kollox.