Matul il-ġurnata tal-Ħadd saru attivitajiet għall-familja kollha ġewwa il-kumpless tal-Ħarsien tal-Annimali fl-Għammieri. L-għan kien li titqajjem kuxjenza dwar l-importanza ta’ kull annimal u li l-annimali abbandunati jiġu mgħejuna.
Għal din l-attività kien hemm pony rides u show tal-klieb fost attivitajiet oħra.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, flimkien mal-familja tiegħu, żaru dan il-kumpless fejn iltaqgħu ma’ numru ta’ għaqdiet mhux governattivi li kien hemm preżenti, kif ukoll iltaqa’ u tkellem mal-familji li attendew dawn l-attivitajiet.
//= $special ?>