Dawk kollha interessati fix-xogħol tal-militar matul is-snin, matul il-ġurnata tal-Ħadd kellhom l-opportunita’ li jżuru wirja mill-isbaħ b’ritratti, uniformijiet, u anke oġġetti li kienu jintużaw mir-Royal Engineers Malta.
Iżda għalkemm dawn l-oġġetti li kienu għall-wirja jqanqlu ċertu nostalġija għal min jiftakarhom, u anke interess għal min hu appassjonat tal-istorja militari ta’ pajjiżna – xejn ma jegħleb ir-rakkont ta’ esperjenzi u stejjer minn min għexhom.
Net News attenda għal din il-wirja mtella’ minn eks inġiniera fis-servizz mar-Royal Engineers Malta. Tkellimna ma’ Victor Pace fejn spjegalna li minbarra x-xogħol ta’ kuljum – huma kienu ltqagħu ma’ diversi bombi tat-Tieni Gwerra Dinjija u kienu jmorru jneħħu din il-bomba minn fuq il-post:
Iżda minbarra l-ħidma fuq skala lokali, huma ġieli intbagħtu jagħmlu x-xogħol ukoll fl-Afrika ta’ Fuq. John Diacono rrakkontalna waħda mill-esperjenzi tiegħu:
Din il-wirja kienet miftuħa matul il-ġurnata, fl-iskola tal-ITS f’Pembroke.
//= $special ?>