Lokali

FILMAT: Ġenna ta’ ġonna u l-istazzjon ta’ taħt l-art tal-Floriana

Ritratt: Kunsill Lokali Floriana
Net News niżel fl-unika stazzjon tal-ferrovija mħaffer taħt l-art f'pajjiżna

Numru kbir ta’ nies ħatfu l-opportunita’ biex marru jduru s-siti storiċi u ta’ interess li nsibu fil-Floriana.

L-attivita’ Ġenna ta’ Ġonna tat il-ħajja lil diversi ġonna u siti ta’ importanza storika nazzjonali, bl-għan li tesebixxi s-sbuħija ta’ din il-lokalita’ flimkien ma’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-kultura u l-istorja Maltija.

Numru kbir ta’ nies, inkluż turisti, żaru diversi postijiet fosthom il-Knisja ta’ San Publiju, il-Knisja ta’ Sarria, it-Torri ta’ Wignacourt, re-enactments ta’ żmien il-Franċiżi, wirja b’ajkla, falkun u kokka, u anke ftuħ ta’ diversi postijiet oħra ta’ interess storiku.

Fost dawn insibu l-istazzjan tal-ferrovija – l-unika wieħed mħaffer taħt l-art f’pajjiżna. Hawnhekk Net News ħa l-kumment ta’ Paul Galea mill-Malta Railway Foundation – li matul il-ġurnata spjega l-istorja ta’ dan l-istazzjon uniku li kien intużat kemm mis-servizzi militari Ingliżi u anke mill-poplu Malti fiż-żmien:

Dawn l-attrazzjonijiet kienu miftuħa matul il-ġurnata kollha u għalihom attendew mijiet ta’ nies.