Skont l-aħħar indikazzjonijiet mill-Awstrija il-Partit tal-Poplu Konservattiv immexxi minn Sebastian Kurz jinsab viċin li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali tallum. Kurz, li kien Ministru Awstrijak għall-Affarijiet Barranin fil-koalizzjoni preċedenti, għandu jsir l-iżgħar mexxej fl-Ewropa, fl-età ta’ 31 sena.
L-indikazzjonijiet huma li l-Partit ta’ Kurz għandu jirbaħ ftit aktar minn 30 fil-mija tal-vot fl-Awstrija, segwit mill-Partit tal-Ħelsien magħmul mill-estremisti tal-lemin u li jopponi l-immigrazzjoni.
Jidher ukoll li l-Partit tal-Ħelsien qed igawdi vantaġġ minimu ħafna fuq is-Soċjali Demokratiċi mmexxija minn Christian Kern li se jispiċċa minn Kanċillier tal-Awstrija.
//= $special ?>

