Il-Ħadd filgħodu madwar 300 persuna ħadu sehem f’attività li ġiet organizzata minn Action for Breast Cancer for Pink October, sabiex joħolqu iktar għarfien dwar il-kanċer tas-sider u fuq kollox biex jitwassal messaġġ ta’ checkups regolari.
Għal din is-sena, dawn l-attivitajiet saru b’differenza hekk kif tmien nisa li għelbu l-kanċer tas-sider qadfu mill-Birgu għall-Waterfront tal-Belt Valletta fi tmiem l-attività.
Minbarra diversi mistiedna distinti, għal din il-mixja attendew l-ambaxxaturi tal-Istati Uniti u ċ-Ċina, kif ukoll Michelle Muscat u l-mara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Nickey Vella De Fremeaux.
Il-messaġġ li twassal waqt din il-mixja kien li kull individwu għandu jkun hemm sabiex jingħata l-kuraġġ lil dawk li għaddejjin minn din il-battalja kontra l-kanċer tas-sider.
//= $special ?>

