Numru ta’ titjiriet tal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, ittardjaw b’nofs siegħa bejn is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filghodu.
Dan hekk kif il-membri tal-Union tal-Cabin Crew bdew azzjoni industrijali u osservaw ordni ta’ Go Slow li wasslet biex it-titjiriet tal-linja nazzjonali kollha waqgħu lura.
Il-crew tal-Air Malta u l-management tal-kumpanija ilhom għall-aħħar xhur jargumentaw minħabba l-allegat ksur tal-ftehim kollettiv, nuqqas ta’ staff, problemi bir-rosters tal-ħaddiema kif ukoll it-theddid tal-Ministru Konrad Mizzi li l-ħaddiema jew jaċċettaw il-kundizzjonijiet offruti jew inkella jagħlaq il-linja nazzjonali u jiftaħha b’isem u ħaddiema ġodda.
It-Tnejn għandhom isiru taħdidiet bejn iż-żewġ naħat biex is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal.
//= $special ?>