Inizjattiva ġdida marbuta mal-Istrina 2017 se twassal biex il-pubbliku Malti inġenerali jkun jista jgawdi minn diversi msaġar ġodda.
Dan hekk kif il-Ħadd filgħodu l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca nediet kampanja li permezz tagħha jitwaqqaf Ġnien is-Solidarjetà.
Grazzi għal din l-inizjattiva, min jagħti donazzjoni ta’ iktar minn €500 għall-Istrina se jkollu wkoll siġar imħawla f’ismu f’rikonoxximent lill-benefatturi tal-Malta Community Chest Fund.
Il-Ħadd, il-President ta’ Malta ħawlet l-ewwel siġra bħala parti minn din l-inizjattiva. Din is-siġra indiġena, siġra tal-luq, tħawlet f’Wied is-Sewda, f’Ħal Qormi.
Il-President ħabbret ukoll li l-benefatturi ser ikollhom l-opportunita’ li din l-istess siġra tingħatha isem skond ix-xewqa tagħhom.
Spjegat ukoll li, flimkien mal-Kunsilli Lokali, qed u ser jkunu identifikati aktar żoni madwar Malta u Għawdex, biex fil-gżejjer tagħna, permezz ta’ dawn l-imsaġar, inkomplu nkabbru wkoll l-għarfien b’risq is-sonstebbilita’ ta’ l-ambjent tagħna u saħħitna.
B’din l-inizjattiva, l-MCCFF u l-Kunsilli Lokali qed jagħtu s-sehem tagħhom lejn l-Agenda 2030 tal-Ġnus Magħquda u l-Miri għall-Iżvilupp Sonstenibbli, partikolarment il-Mira Numru 15, li titratta dwar il-protezzjoni ta’ l-użu sostenibbli tal-ekosistemi u l-immaniġjar sonstenibbli tal-foresti.
//= $special ?>

