Il-Mexxej tar-reġjun ta’ Katalonja attenda avveniment ta’ natura politika sensittiva anqas minn 24 siegħa qabel kellu jiskadi d-deadline mogħti mill-Gvern Spanjol għall-kelma finali dwar l-indipendenza tal-Katalani mill-kumplament tal-pajjiż.
Il-Mexxej Katalan, Carles Puigdemont, u politiċi ewlenin oħra – fosthom is-Sindku ta’ Barċellona, Ada Colau — raddew ġieħ (fil-belt ta’ Barċellona) lill-memorja ta’ politiku Katalan li, għexieren ta’ snin ilu, spiċċa maqtul taħt l-eksreġim faxxista ta’ Francisco Franco, waqt il-gwerra ċivili ta’ Spanja.
Intant, Puigdemont qal li l-Gvern Katalan hu ‘kontra l-aggressjoni u l-impożizzjoni tal-awtorità kontra l-volontà tan-nies’, biż-żmien qed jagħfas għalih biex jikkjarifika jekk hu, xi jiem ilu, iddikjarax tassew l-indipendenza għall-Katalonja jew le.
Id-deadline għall-Mexxej Katalan hu ffissat għal għada bil-lejl u jekk hu jikkonferma l-indipendenza jista’ jiftaħ għall-prospett ta’ amministrazzjoni diretta fuq Katalonja mill-Gvern ta’ Madrid.
Intant, f’każ ta’ ‘Iva’ min-naħa ta’ Puigdemont, hu ikollu sa nhar il-Ħamis biex jirtira d-dikjarazzjoni għall-indipendenza, inkella mistenni jiffaċċja l-konsegwenzi min-naħa tal-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoy, u l-Gvern tiegħu.
//= $special ?>


