88 żagħżugħ u żagħżugħa it-Tnejn filgħodu ngħaqdu mal-Forzi Armati ta’ Malta.
Is-suldati l-ġodda bdew it-taħriġ fit-22 ta’ Mejju li għadda biex 79 raġel u 9 nisa temmew it-taħriġ tagħhom b’suċċess. Fosthom hemm 14-il suldat Għawdxi.
Wara li ħadu posthom fil-parade ground fil-Barracks ta’ Ħal Luqa, il-Kap Kmandant tal-FAM, il-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Ministru tal-Intern Michael Fauugia għamlu spezzjoni lil 88 suldat ġdid.
Ritratti: Martin Agius
//= $special ?>













