Futbol Sport

FUTBOL – Adriano jrid jirritorna għal logħob

Adriano

L-eksplejer internazzjonali tal-Brażil Adriano qal li qed jippjana biex f’Jannar li ġej jirritorna għal logħob.

L-attakkant ta’ 35 sena fil-passat kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers fl-Italja meta kien għadu jilgħab ma’ Parma u Inter.

Madankollu l-karriera tiegħu ħadet daqqa ta’ ħarta wara l-mewt ta’ missieru u minn hemm ‘il quddiem dan sfaxxa bħala plejer. L-aħħar klabb li lagħab miegħu Adriano kien dak ta’ Miami United fl-Istati Uniti fl-2016.

F’kummenti li ta Adriano qal li minkejja li ilu wieqaf għal aktar minn sena xorta waħda baqa’ jieħu ħsieb il-kundizzjoni fiżika tiegħu għax minn dejjem kellu f’moħħu li jerġa’ jilgħab il-futbol.

Minbarra Inter u Parma Adriano lagħab ma’ Flamengo, Sao Paulo, Roma, Corinthians u Atletico Paranaense.