Ambjent Lokali

Għasfur rari jpassi lejn Malta

Ritratt: Mark Zammit Cordina

Bħalissa fil-gżejjer Maltin hawn tajra mir-razza tal-velleran (Northern Bald Ibis), li skond l- “International Union for the Conservation of Nature” (IUCN) hija klassifikata bħala speċi pperikolata li tinqered.

Din it-tajra hi ukoll waħda minn ħmistax-il tajra simili li trabbew fil-magħluq u saret ħidma biex eventwalment jinstabu u jinħelsu fis-selvaġġ. Dan il-proġett sar ġewwa Fagagna, fit-Tramuntana tal-Italja. Meta nħelsu, it-tajr mar Gela u Calabria u t-tajra li qiegħda Malta hija l-ewwel waħda li passiet. Għaldaqstant, fil-jiem li ġejjin hemm possibilità li aktar minn dan it-tajr jista’ jpassi lejn il-gżejjer Maltin.

Din hija l-ewwel darba li tir ta’ dan it-tip qed tiġi osservata fil-gżejjer Maltin, u preżentament it-tajra qiegħda tiġi mgħassa mill-viċin mill-partijiet kollha kkonċernati, inkluż membri tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).