Lokali Parlament

Il-Prim Ministru jgħid li dan kien attakk fuq il-liberta’ tal-espressjoni

Fl-istqarrija tiegħu fil-parlament llejla l-Prim Ministru qal li dak li seħħ hu xokkanti fuq livell personali u għall-pajjiż u sostna li jittama li kull min hu ta’ rieda tajba hu ixxukkjat b’dak li ġara imma bħala pajjiż il-gvern ma jistax jieqaf billi jesprimi xokk. Dan il-pajjiż hu ferm aħjar minn hekk u dak li seħħ hu inaċċettabbli u ma jista’ qatt ikun skużat.

Joseph Muscat espriema l-impenn poliitku tiegħu u tal-Gvern li jsiru l-investigazzjonijiet kollha. Hu qal li diġà tkellem mal-istituzzjonijiet responsabbli biex jagħmlu minn kollox biex dan l-attakk fuq il-libertà tal-espressjoni fil-pajjiż ikun solvut mlajar. Il-Gvern Malti diġà kellu kuntatt mal-Gvern Amerikan biex esperti tal-FBI jaslu Malta malajr fis-sigħat li ġejjin biex jgħinu lill-esperti lokali.

Din il-miżura mhix nuqqas ta’ fiduċja l-esperti lokali anzi mod kif inżidu r-riżorsi tal-pajjiż. Il-Gvern jinsab f’kuntatt ma’ gverinijiet orħa Ewropej biex kull riżorsa ktun offruta lill-pulizija u lit-taqsima forensika.
Joseph Muscat qal li hu Prim Ministru ta’ pajjiż imweġġa’ u sostna li minkejja li hu kien fil-mira ta’ Caruana Galizia, l-ebda azzjoni ma tista’ tkun ġustifikabbli.

Dan hu delitt kontra kull min jemmen fid-demokrazija u fil-libertà tal-espressjoni. Dan id-delitt irid ikun solvut fl-iqsar żmien possibbli.

Il-Prim Ministru qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li Caruana Galizia kienet tikkritika lill-Maġistrat Scerri Herrera, lill-Kap tal-FAM, lill-Prim Ministru u anki lill-Kap tal-Oppożizzjoni, kulħadd għandu jaġixxi skont il-liġi; ħadd m’hu ‘l fuq mil-liġi. Fi tmiem is-seduta l-Prim Ministru qal li kien se jiltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni biex jintlaħaq kusnens biex ikun hemm garanzija li fil-pajjiż is-saltna tal-liġi tipprevali.

Dan hu mument li fih anki jinstabu l-mezzi legali biex issir inkjesta inidpendenti minn persuni b’fiduċja taż-żewġ naħat biex ħadd ma jkollu dubju li hemm xi interess li xi ħadd li jagħmel delitt tant faħxi jista’ jgħaddiha lixxa.

Dan hu mument ta’ għaqda li fih kulħadd jista’ jipponta subajh lejn kulħadd. L-aktar li jkidd lil min wettaq id-delitt hu li l-pajjiż ikun magħqud. Dan il-mument se jibqa’ mniżżel b’ittri kbar suwed bħal mumenti oħra suwed tal-passat. Irridu nuru li l-pajjiż kiber u jifhem waqt li jħares ‘il quddiem, sostna l-Prim Ministru.

Joseph Muscat qal li l-familjari ta’ Caruana Galizia jiddarsu jekk itihom il-kondjolanzi u jirreaġixxu b’rabja għall-kliem tiegħu iżda hu fid-dmir tiegħu bħala ċittadin li jwassal il-kondoljanzi tiegħu.