Lokali

Il-Qtil ta’ Daphne Caruana Galizia: Ikomplu l-investigazzjonijiet fil-Bidnija

Fil-Bidnija, fiż-żona fejn seħħet l-isplużjoni tal-karozza li qatlet lil Daphne Caruana Galizia bħalissa qed ikomplu l-investigazzjonijiet. Iż-żona fejn seħħet l-isplużjoni tinsab mixgħula waqt li fuq il-post hemm diversi membri tal-Korp tal-Pulizija u suldati.

Iż-żona tinsab magħluqa minn diversi metri bogħod.

L-investigazzjonijiet fuq ix-xena tad delitt qed jitmexxew mill-ispettur Keith Arnaud.