Lokali

AĠĠORNATA: Ir-risposta ta’ Adrian Delia dwar il-Budget posposta b’ġurnata minħabba l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Mill-arkivji

Ir-risposta dwar il-Budget li kellha ssir illum mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ġiet posposta għal għada wara l-każ ta’ qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia b’karozza bomba.

Il-Prim Ministru f’konferenza tal-aħbarijiet ħabbar li f’telefonata li kellu mal-Kap tal-Oppożizzjoni qablu li s-seduta tal-lum fil-Parlament tiġi posposta b’ġurnata u minflok illum se jagħmlu stqarrija kull wieħed kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni.