Lokali

“Inħoss li ż-żmien qed jiskadili” – wieħed mill-aħħar messaġġi ta’ Daphne Caruana Galizia

Wieħed mill-aħħar messaġġi li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bagħtet lil waħda mill-ħbieb tagħha kien jgħid hekk: “Inħoss li ż-żmien hawn qed jiskadili. Hemm ħafna affarijiet li xtaqt nagħmel, imma li għadni ma għamiltx.”

Żvelat dan il-messaġġ Caroline Muscat, li qalet li f’messaġġi li għadditilha fl-aħħar jiem, Daphne Caruana Galizia kienet qed tħeġġiġha biex tħalli Malta u tgawdi ħajjitha.

Iżda Caroline Muscat, ġurnalista li fl-aħħar snin ħadmet ma’ the Times of Malta, qalet li l-qtil brutali li seħħ illum ibiddlilha l-opinjoni. “Mhux se nitlaq minn Malta. Issa se niġġieldu lura.”