Internazzjonali

L-Irlanda tibda tinħakem mill-Uragan Ophelia

L-Irlanda kif ukoll partijiet mir-Renju Unit matul il-ġurnata tat-Tnejn bdew jinħakmu mill-Uragan Ophelia.
Bħala prekawzjoni, l-iskejjel madwar l-Irlanda matul il-ġurnata ta’ nhar it-Tnejn ma fetħux filwaqt li l-Met Office wissa dwar il-potenzjal ta’ periklu għall-ħajja hekk kif l-Uragan Ophelia beda jqanqal riħ li laħaq il-130 kilometru fis-siegħa.


Fir-Repubblika tal-Irlanda, il-Gvern bagħat l-Armata fit-toroq biex jgħinu f’kull eventwalità filwaqt li n-nies kienu mħeġġa biex ma jivjaġġawx jekk mhux verament f’każi ta’ bżonn.
Din hi l-agħar maltempata li laqtet il-gżira Irlandiża f’dawn l-aħħar 50 sena.
Ir-Ryanair, Aer Lingus, British Airways, Qatar Airways, Air France, CityJet, Emirates u KLM kollha ħassru xi titjiriet lejn l-Irlanda minħabba l-maltemp.

Mappa li turi l-efffetti tal-Uragan Ophelia

Il-maltemp mistenni jkompli jaħkem sat-Tlieta filgħodu bil-kosta tul in-Nofsinhar tal-Irlanda l-agħar li se titnlaqat.