Lokali

L-MUMN tirreġistra tilwima industrijali mal-Gvern dwar il-ftehim settorali tal-infermiera u l-qwiebel

Se tordna direttivi industrijali fuq kull post tax-xogħol

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel se tkun qed titkellem dwar ir-reġistrazzjoni ta’ Tilwima Industrijali mill-MUMN mal-Gvern dwar il-ftehim settorali tal-infermiera u l-qwiebel.

L-MUMN qalet li f’konferenza tal-aħbarijiet li ser torganizza għada, se tiġi spjegata x’wassal għal din it-Tilwima Industrijali kif ukoll ser tgħati tgħarif dwar id-Direttivi Industrijali li ser tgħati fuq kull post tax-xogħol.

Iktar informazzjoni dwar dan se joħroġ it-Tlieta fl-10 ta’ filgħodu waqt konferenza stampa li ġiet imsejħa mill-istess għaqda.