Lokali Parlament

FILMAT: L-Oppożizzjoni trid tkun il-leħen tal-poplu iktar minn qatt qabel – Adrian Delia

Il-kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Adrian Delian sostna li quddiem il-qtil politiku tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-Oppożizzjoni għandha ktun il-vuċi tal-poplu iktar minn qatt qabel.

Fl-istqarrija tiegħu fil-parlamnet, il-Kap tla-PN Adrian Delia qal li jeżistu responsabbiltajiet legali u politiċi. Dan id-delitt makabru hu delitt politiku għaliex Daphne Caruana Galizia ma kinitx persuna nomrli iżda kienet persuna li l-impatt tagħha fuq l-istorja politika Maltija riċenti kien b’saħħtu ħafna.

Dan id-dleitt ma jistax iseħħ f’kuntest politiku waħadu għadu għaliex id-delitt ma bediex illum. L-istituzzjonjiet ilhom jitmermru għal dawn l-aħħar erba’ snin u nofs. M’aħniex qed ngħixu f’pajjiż normali, sostna Adrian Delia, li kompla li s-saħħa tad-demokrazija tiddependi mill-istituzzjonjiet magħmula moll-Kostituzzjoni fosthom il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u l-qrati. Għal snin dawn l-istituzzjonijiet kienu qed jitmermru u jitherrew kull ġurnata. Meta tikkrolla s-saltna tad-dritt tirrenja l-liġi tal-ġungla; hekk ġara llum.

Daphne Caruana Galizia hi persuna Maltija bħalna li tkellmet. Kien hemm qabel u kien hemm min le iżda s-saħħa ta’ pajjiż demokratiku tikkonsisti fid-difiża tal-libertà tal-espressjoni ħielsa. Jekk pajjiż ma jissalvagwardjax id-dritt tal-libertà li l-persuni jitkellmu, dak il-pajjiż ikun naqas lejn id-demokrazija. Dan ma jseħħx waħdu iżda wara sensielea ta’ deċiżjonijiet.

Adrian Delia kompla li l-pajjiż irid jiftakar x’ġara biex wasalna illum hawnhekk. Kif jista’ pajjiż jitlesta għall-futur jekk ma jkunx apprezzat li l-pedament u l-fundament ta’ pajjiż hu dak li jiddistingwina minn dak li aħna u li dak li jsir hu intiż biex tirbaħ il-popolarità. L-istituzzjonijiet naqsu bi kbir għax fil-pajjiż fl-aħħar snin ittieħdu deċiżjonijiet politiċi ħ’iena.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li din hi traġedja nazzjonali. Dan hu assalt fuq id-demorkazija u fuq il-libertajiet tal-poplu. Qed nitgħallmu bl-aktar mod viljakk u liq qatel il-ħajja ta’ persuna umani; persuna li qamet bilwieqfa u tkellmet, li kellha informazzjoni u li riedet iġġib il-verità l quddiem biex iġġib ġustizzja.

Il-pajjiż naqas fejn il-Korp tal-Pulizija ma kinx viġilanti biex jirrroteġi u jinvestiga. Fl-aħħar ħames snin dan ma sarx. Il-Kummissarjat tal-Pulizija ma aġixxiex waħdu iżda aġixxa fuq deċiżjonjiet politiċi żblajati. L-Avukat Ġenerali naqas li jinvestiga mhux minn rajh iżda minħabba deċiżjonijiet politiċi ċari u ffukati magħmulin min biex idgħajfu l-istituzzjonijiet.

Il-Maltin iridu jqumu biex jipproteġu l-istituzzjonijiet fejn il-gvern naqas li jipproteġi. Fejn il-gvern kien sieket issa iktar minn qatt qabel trid titkellem l-Oppożizzjoni li hi l-uniku leħen li tiddefendi l-istituzzjonijiet tal-Maltin inkluż il-persuni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li dan kien delitt politiku li għandu jkun rikonoxxut. Irridu naraw x’se naraw u kif se nipproteġu l-istituzzjonijiet iżda rridu naraw min se jerfa’ r-repsonsabbiltà politika għal dan il-qtil. Dan hu qtil li seħħ taħt tal-ħarsien tal-Gvern Laburista.