Delegazzjoni mill-Gvern immexxija mill-Prim Ministru, wara stedina mill-Prim Ministru stess, iltaqgħet ma’ delegazzjoni mill-Oppożizzjoni li kienet immexxija mill-Kap tal-Oppożizzjoni wara s-seduta Parlamentari tal-lejla fil-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta.
Stqarrija tal-Gvern tgħid li ż-żewġ naħat qablu li f’dan l-istadju ma jagħtux kummenti fir-rigward tal-kontenut tal-laqgħa.
Flimkien mal-Prim Ministru, għan-naħa tal-Gvern kienu preżenti d-deputat Prim Ministru, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-Ministru tal-Ġustizzja. Min-naħa tal-Oppożizzjoni flimkien mal-Kap tal-Oppożizzjoni kien hemm il-membri parlamentari Simon Busuttil, Mario De Marco u Beppe Fenech Adami.
//= $special ?>