Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia qalet li ma kinx jaqbel li l-ġurnlaista Daphne Caruana Galizia tkompli tikxef għawwar il-Gvern.
Fis-seduta tal-parlament tkellmet il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia li qalet li r-Russja hi stat dittatorjali iżda l-Maltin jixtiequ jibqgħu jgħidu li huma stat demokratiku.
Mal-bidla tal-gvern Laburista bdew jinħattu l-istituzzjonijiet mill-għada fosthom bl-FIAU, il-Pulizija u l-MEPA b’mod sistematiku. Daphne Caruana Galizia għal ħafna snin kienet l-uniku oppożizzjoni fil-pajjiż sakemm l-Oppożizzjoni tat is-sehem tagħha.
Ma kinx jaqbel li Daphne Crauana Galizia tkompli tikxef l-għawwar tal-Gvern, sostneit Marlene Farrugia, li kompliet li Daphne Caruana Galizia ma kinitx tibża għaliex ħabbet lil pajjiżha u kienet tesprimi x-xewqa li d-demokrazija terġa’ tirrenja.
Il-qtil tagħha hu l-prova li dak li kienet tgħid Daphne Caruana Galizia kien minnu għax ħadd ma joqtol lil ħadd għal xejn. Marlene Farrugia kompliet li ingħażel iż-żmien propizju għaliex Caruana Galizia inqatlet meta għandek il-gvern kontriha u ħafna min-nies li ma baqgħux jifhmu l-messaġġ tagħha.
//= $special ?>