Lokali

FILMAT: Eluf jinġabru għal velja f’Tas-Sliema wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Illejla eluf ta’ persuni se jiltaqgħu qrib it-Torri, f’Tas-Sliema, hekk kif issejħet velja b’reazzjoni għall-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia permezz ta’ karozza bomba.

Preżenti hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

Il-velja qed tissejjaħ bħala messaġġ qawwi ta’ kundanna għal dan l-aġir kriminali li jhedded l-iżjed prinċipji bażiċi tad-demokrazija, inkluż il-libertà tal-istampa u l-ħsieb.

Ritratt: Michael Briguglio