Lokali

Pulizija jipproponi waqt il-Military Tattoo

Dawk li lbieraħ attendew il-Malta Military Tattoo fl-MFCC Ta’ Qali kellhom spettaklu isbaħ, dan għaliex waqt l-ispettaklu, membru tal-Malta Police Drill ippropona lit-tfajla tiegħu biex tiżżewġu.

It-tfajla tal-kuntistabbli kienet fost il-folla preżenti, ssegwi l-ispettaklu, meta f’ħin minnhom intgħażlet biex tieħu sehem f’parti mill-ispettaklu, kien hawn li s-sieħeb tagħha, Eman Joe Borg niżel għarkupprejh biċ-ċurkett u saqsiha biex tiżżewġu. Ir-risposta kienet “Iva” u segwiet biċ-ċapċip ta’ dawk preżenti.