Raġel ta’ 38 sena minn Bormla weġġa’ gravi meta lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-8:50p.m. kien involut f’inċident bil-mutur fi Triq l-Iskal, Marsaskala.
Jirriżulta li waqt li r-raġel kien qed isuq il-mutur, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Kawasaki u waqa’ mal-art.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

