Internazzjonali

Tifla taqa’ u tmut f’vapur tal-passiġġieri f’Miami

Tifla ta’ tmien snin mietet wara li waqgħet mill-upper deck għal-lobby ta’ vapur tal-passiġġieri li kien daħal fil-port ta’ Miami.
It-tifla waqgħet minn għoli ta’ bejn 7.5 u 15-il metru ftit wara li l-vapur kien daħal f’Port Miami f’Dodge Island fuq il-vapur Carnival Glory.
It-tifla mietet mill-feriti li ġarrbet sakemm kienet fi triqitha l-isptar.
Il-familja hi mill-Bahamas u kienet għadha kemm waslet fi tmiem vjaġġ ta’ ġimgħa fuq il-vapur.