Lokali

Tissejjaħ velja f’Tas-Sliema wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Illejla fit-20:30 grupp ta’ persuni se jiltaqgħu qrib it-Torri, f’Tas-Sliema, hekk kif issejħet velja b’reazzjoni għall-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia permezz ta’ karozza bomba.

Il-velja qed tissejjaħ bħala messaġġ qawwi ta’ kundanna għal dan l-aġir kriminali li jhedded l-iżjed prinċipji bażiċi tad-demokrazija, inkluż il-libertà tal-istampa u l-ħsieb.

Qed isir appell biex kull min se jattendi jġib miegħu kemm jista’ jkun xemgħat, hekk kif l-idea hi li x-xemgħat jitpoġġew fiż-żona bħala messaġġ ta’ għaqda f’dan il-mument.