Lokali

FILMAT: Velja f’Londra wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

F’Londra quddiem  il-Kummissjoni Għolja Maltija illejla wkoll kienet organizzata velja wara li kmieni llum wara nofsinhar inqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Għal velja f’Londra attendiet folla numeruża, kemm Maltin li jgħixu f’Londra kif ukoll diversi barranin.

Malta bieb tal-Kummissjoni Għolja twaħlu diversi messaġġi kif ukoll ritratti tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.