L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem esprimit ix-xokk u ddispjaċir wara l-qtil makabru ta’ Daphne Caruana Galizia, f’dak li qed jiġi deskritt bħala wieħed mill-aktar ġranet koroh ta’ Malta minn wara l-indipendenza. L-Assoċjazzjoni qal li dan l-att kodard laqat fil-qalba tal-liberta’ tal-espressjoni u l-ġurnaliżmu investigattiv. L-istqarrija tkompli tgħid li l-MEA ssejjaħ lill-awtoritajiet ta’ pajjiżna biex jinvestigaw bir-reqqa u ssir ġustizzja ma’ min wettaq dan il-qtil.
L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem tat il-kondoljanzi lill-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>