L-eks Segretarju Parlamentari tal-Gvern Laburista Deborah Schembri waqt li kienet qed titkellem fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista qalet li l-ġurnalisti jridu jitgħallmu l-limiti tar-rappurtaġġ. Hi qalet dan waqt li kienet qed titkellem l-għada tal-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li żvelat diversi stejjer ta’ korruzzjoni fil-Gvern ta’ Joseph Muscat.
Kienu diversi l-persuni li kkritikawha hekk kif irrealizzaw dak li qalet Deborah Schembri, li ġurnalist, flok jiżvela dak li għandu jiżvela, iżomm mal-limiti.
Fil-ġimgħat li għaddew ġie żvelat li Deborah Schembri ngħatat kuntratti ta’ konsulenza ta’ eluf kbar ta’ ewro fis-sena.
//= $special ?>

