Lokali

FILMAT: Il-Kap tal-PN Adrian Delia jżur il-post fejn inqatlet Daphne Caruana Galizia

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia llejla żar Triq il-Bidnija, il-post fejn seħħ id-delitt kiesaħ u biered tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Hu baqa’ sejjer fil-post fejn inqatlet Caruana Galizia ftit wara li pparteċipa f’velja f’Tas-Sliema li matulha mijiet ta’ persuni nġabru biex isellmu l-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Meta żar il-post fejn inqatlet Daphne Caruana Galizia, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien akkumpanjat miż-żewġ Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami u Mario de Marco, kif ukoll mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, apparti numru ta’ Deputati oħra tal-Partit Nazzjonalista.

Peress li Triq il-Bidnija kollha ngħalqet minħabba l-investigazzjonijiet marbuta ma’ dan id-delitt, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia rrispetta t-talba tal-Pulizija ma jidħolx ‘il ġewwa ħafna fi Triq il-Bidnija.