Il-Qtil ta’ Daphne Caruana Galizia seħħ it-Tnejn 16 ta’ Ottubru ftit wara t-3p.m.
Daphne Caruana Galizia rikbet il-karozza biex tmur tħallas xi pagamenti lill-kumpanija minn fejn kienet qed tikri l-karozza u ftit wara li bdiet issuq seħħet l-isplużjoni.
Kif Daphne Caruana Galizia rikbet fil-karozza u bdiet issuq, ħarġet mill-isqaq li hemm mad-dar, daret fuq ix-xellug, u bdiet issuq fit-triq ewlenija tal-Bidnija u minn hemm niżlet in-niżla fid-direzzjoni lejn il-Mosta. Kien f’dan il-mument li wara li saqet madwar 100 metru, il-karozza li fiha kienet Daphne Caruana Galizia splodiet. L-isplużjoni nstemgħet minn diversi partijiet.
Jirriżulta li ftit wara li s-Sinjura Caruana Galizia rikbet fil-karozza biex tmur tħallas xi pagamenti lill-kumpanija minn fejn kienet qed tikri l-karozza u ftit wara li bdiet issuq, seħħet l-isplużjoni. Jidher li l-isplużjoni tant kienet b’saħħitha li l-karozza spiċċat f’mitt biċċa li nfirxu fl-għelieqi li hemm qrib ir-residenza tagħha.
//= $special ?>