L-istudenti kollha tal-iskola St Catherine’s High School ta’ Pembroke bdew il-ġurnata b’differenza hekk kif ingħaqdu flimkien f’messaġġ kontra l-vjolenza.
Fil-bitħa tal-iskola, it-tfal ta’ bejn it-tlieta u l-ħmistax-il sena ffurmaw il-kliem NOTOVIOLENCE, l-għada li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet b’mod brutali f’karozza bomba.
Net News attenda u ħadna wkoll il-kummenti tal-Kap tal-Iskola Sue Midolo, li spjegat kif l-iskola trid twassal messaġġ kontra l-vjolenza imma wkoll ta’ tama biex it-tfal ikunu l-futur ta’ pajjiżna biex dawn l-affarijiet ma jseħħux iżjed.
Sadattant l-istudenti tas-Sixth Form tal-Kulleġġ San Alwiġi llum kienu mħeġġa biex jattendu l-iskola liebsa ħwejjeġ suwed bħala sinjal ta’ luttu lejn eks studenta tal-istess skola. Il-Kunsill tal-Kulleġġ fisser il-qtil tagħha sinjal li jixhed fuq is-saħħa tal-ħelsien demokratiku tas-soċjetà tagħna.
//= $special ?>