Jum wara d-draw ta’ 1-1 f’darhom kontra West Bromwich Albion, Leicester City ħabbru li keċċew lill-kowċ Craig Shakespeare. Shakespeare kien ilu biss erba’ xhur imexxi lil dan it-tim wara li kien iffirma kuntratt ta’ tliet snin.
Dakinhar hu kien ħa post Claudio Ranieri li kien tkeċċa ftit xhur wara li għen lit-tim jirbaħ il-Premiership Ingliż.
Fl-ewwel xhur fit-tmexxija Shakespeare għen lil Leicester jispiċċaw l-istaġun fit-12-il post imma r-riżultati xejn tajbin li kiseb dan l-aħħar wasslu biex dan tkeċċa mill-kariga.
Bħalissa l-Foxes qegħdin fit-tielet post mill-qiegħ tal-klassifka u ilhom ma jirbħu dawn l-aħħar sitt partiti.
//= $special ?>