Lokali

Il-Kap tal-PN se jwaqqa’ l-libelli kollha fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia

Adrian Delia
Il-ġurnalista u blogger inqatlet brutalment il-bieraħ b'karozza bomba

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia se jwaqqa’ l-każijiet kollha ta’ libell fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-libelli kienu nfetħu matul il-kampanja għall-Kap tal-PN minn Adrian Delia li dakinhar kien għadu kandidat għall-ħatra ta’ Kap.

B’hekk issa l-libelli se jaqgħu kollha u mhux se jkomplu. Jirriżulta li kieku l-Kap tal-PN Adrian Delia ma ħax dan il-pass kieku l-libelli kienu jkomplu fil-konfront tal-eredi tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.