Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea xxukkjata bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker iddikjara li l-Kumissjoni Ewropea tinsab ixxukkjata bil-qtil li seħħ f’pajjiżna u kkundanna dan l-attakk li ħasad ħajjet Daphne Caruana Galizia.

“Id-dritt li ġurnalist jinvestiga, jsaqsi mistoqsijietskomdi u jirraporta dak li jkun qed iseħħ hu fil-qalba tal-valuri tagħna u hemm bżonn li dawn jiġu garantiti f’kull ħin,” jingħad fl-istqarrija.

Il-Kummissjoni Ewropea rringrazzjat il-ħidma tal-ġurnalista Maltija, ħidma deskritta bħala waħda ddedikata lejn il-verità u l-ġurnaliżmu investigattiv. Dan fl-istess waqt li tittama li ssir il-ġustizzja, “għalkemm dan mhux biżżejjed biex il-ħażin li sar jinbidel.”