Lokali Parlament

FILMAT: “Il-Prim Ministru għandu jerfa’ r-responsabbiltà u jirriżenja” – Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Adrian Delia qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galzia u jirriżenja mill-kariga tiegħu.

F’diskors fil-parlament fil-ġurnata mħollija għall-Oppożizzjoni biex twieġeb għall-budget il-Kap tal-PN Adrian Delia tkellem dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia u sostna li l-budget kien irrilevanti.

Hu qal li fiċ-ċirkostanzi li jinsab fihom il-pajjiż hu naqas quddiem dak li ġara meta ħaseb li qed ngħixu f’demokrazija u li l-libertà li l-PN iġġieled għaliha kienet garntita. Inqast meta ma għajjattx biżżejjed kontra l-aġir tal-Gvern li naqas. Hu qal li naqas, bħal dawk li kellhom jieħdu deċiżjonijiet u ma ħaduhomx u li dawru rashom anki quddiem korruzzjoni żgħira; għażlu li jisktu flok jitkellmu u li jsemmgħu leħinhom flok qagħdu siekta.

Il-Prim Ministru beża’ jammetti l-falliment tal-gvern tiegħu, li hu ħati quddiem il-falliment tas-saltna tad-dritt u li hu ħati li ma tax protezzjoni lil min kien fil-mira ovvja. Il-Prim Ministru beża’ jerfa’ kull responsabbiltà li kellu jerfa’. It-tweġiba għall-budget saret għal kollox irrilevanti; l-istess kif kienet 40 sena ilu meta nqatel Raymond Caruana. Il-poplu jinsab taħt xokk u hu diżgustat li l-pajjiż twassal fejn il-libertà tal-espressjoni spiċċat.

Adrian Delia qal li s-saltna tad-dritt ikkrollat għal kollox f’Malta u qed tirrenja l-liġi tal-ġungla. Hu wassal il-kondoljanzi lill-familja ta’ Daphne Caruna Galizia li ħasdulha ħajjitha f’pajjiż li suppost hu normali. Iżda Malta mhix pajjiż normali. Mill-bieraħ inbidlet il-ħajja tal-Maltin għal dejjem. Daphne Caruana Galizia wriet is-saħħa tal-kelma lin-nazzjon.

Il-Kap tal-PN qal li x-xena tad-delitt hi waħda ta’ gwerra f’pajjiż membru tal-UE; li sa ħames snin fih kienet issaltan is-saltna tad-dritt. Il-pajjiż jinsab wara l-familja Caruana Galizia.

Kif tista’ titkellem fuq l-edukazzjoni meta wlied il-poplu qed jibżgħu fil-pajjiż illum. Is-sigurtà tal-persuni fil-pajjiż llum hi mhedda, sostna Adrian Delia, li qal li minn l-aktar pajjiż sigur fid-dinja, Malta saret pajjiż mhux normali, ta’ vjolenza u żona ta’ gwerra. Il-pajjiż ma jistax jitkellem dwar il-budget meta r-reputazzjoni tal-pajjiż qed tinbidel minn hub ta’ eċċellenza għal waħda fejn id-dinja kollha qed tħares lejn Malta bħala pajjiż li mhux kapaċi jipproteġi lill-ġurnalisti tiegħu. Fil-pajjiż hawn il-ħmieġ tal-biża u tal-mibgħeda. Illum qed ngħixu f’Malta maħmuġa tassew.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-aktar element essenzjali li fuqu hi bbażata d-demorkazija – is-saltna tad-dritt – qed tfalli. Il-ġustizzja fil-pajjiż falliet għal kollox. Dan l-assassinju ma seħħx ilbieraħ jew f’ġurnata waħda jew b’kumbinazzjoni. Hu qal li hu kien kritikat bil-qawwi minn Caruana Galizia iżda qabel dan hu kien ingħaqad fi protesti nazzjonali kontra min ried iwaqqaf lil Caruana Galiza milli tikellem dwar affarijiet kbar li tebbgħu r-reputazzjoni tal-pajjiż.

Minflok ta’ widen għal dak li qalet Caruana Galizia, il-Gvern għażel li jżeblaħ lil kul min fetaħ ħalqu. Il-poplu mhux se jinsa minn dak li għadda minnu fl-aħħar ħames snin. Il-maġġornaza tal-gvern fl-aħħar elezzjoni ma ttihx liċenzja biex iħassar dak li seħħ. L-Oppożizzjoni mhux se tiskot.

Tul l-aħħar snin assistneja għal skandlu wara skandlu fosthom tal-Panama, ta’ Gaaffrena, tal-Cafe Premier, tal-privatizzazzjoni tat-tliet spartijiet, tal-power station, tal-master plan ta’ Paceville, tal-visas mediċi, tal-prekarjat, ta’ Edward Caruana, tal-ispratura tax-xufier ta’ Manwel Malli, tas-7,000 permess lill-Alerġini, tal-visas tal-Libjani, tal-garanzija bankarja biex tibena l-power station, tal-Univeristà Amerikana, tal-ODZ, tal-mara tal-Minsitru Mizzi, tal- indħil ministerjali fil-każ tat-traffikar atd-droga f’Għawdex, tal-bejgħ tal-passpaorti u tal-Bank Pilatus.

Il-Kummissarju tal-Pulizija m’għamel xejn quddiem dan kollu. Dan kollu wassal biex min qatel lil Caruana Galizia seta’ jagħmel dan bla rimors għax fil-pajjiż kkrollat is-saltna tad-dritt. L-uniku aġenda tal-pajjiż hi li ssir ġustizzja. Is-skiet li ħakem lill-poplu Malti issa spiċċa u kulħadd qam u qed jisma.

Il-pajjiż qam għal realtà ġdida u kerha. Il-pajjiż issa se jibda jitkellem il-pajjiż kollu wkoll. Il-pulizija m’għandhom qatt isiru każin politiku u għandhom jipproteġu lill-poplu. Fl-aħħar ħames snin il-Korp tneżża’ mill-funzjonijiet u r-rispett, l-awtonomija u l-indipendenza tiegħu. Kummissarju wara ieħor jitilqu jew ineħħuhom. Nies b’kondotta kirminali jingħataw pormozzjoni fil-Korp tal-Pulizija; li ma ħaditx azzjoni meta kien ċar li kellha tittieħed azzjoni.

Adrian Delia qal li l-pulizija baqgħet ċassa quddiem il-kollass tal-liġi. Il-kriminali bdew iħossuhom iktar komdi biex jisfruttaw il-ħajja u biex jabbużaw mill-poter u jagħmlu l-bombi taħt il-karozzi. Dawn huma kollha każi li Daphne Caruana Galizia kitbet dwarhom u fejn f’pajjiżi normali kienu jġibu l-konsegwenzi tagħhom. F’Malta ma ġara xejn u baqgħet biss il-vuċi tal-ftit fosthom tal-Opożizzjoni, tal-media ħielsa u ta’ Daphne Caruana Galizia.

Adrian Delia qal li anki istituzzjonijiet oħra m’għamlu xejn; bħall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li għandu doveri li jiddefendi lill-poplu anki kontra l-gvern. Fis-siegħa tal-prova l-Avukat Ġenereali naqas lill-poplu u pprefera biss ikun l-avukat tal-Gvern. Anki l-parlamnent missu semma iktar leħnu għaliex il-parlament mhux il-gvern iżda l-gvern neżża’ l-indipendenza tal-parlament meta appunta lid-deputati f’xi pożizzjoni eżekuttiva.

Adrian Delia kompla li d-deputati tal-gvern ukoll iridu jerfgħu d-r-responsabbiltà u sostna li s-sewwa ma jinkixifx billi jkun hawn skiet li jtarrax. Intom kontu parteċipi meta ma rajtux il-ħażin. L-istituzzjoni tal-pajjiż qiegħdin fi satt ta’ kollass totali bil-pajjiż f’sitwazzjoni gravi. Kien anki l-Prim Imħallef li tkellem dwar l-obbligu tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali. Il-pajjiż rabba’ kallu aħrax u ħafna daħlu fi stat ta’ loppju quddiem il-korruzzjoni, li jinvolvu nies qrib il-gvern. Il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali m’għamlu xejn.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Oppożizzjoni mhix se tinxtara u kompla li l-leħen tal-Oppożizzjoni se jogħla. Din it-traġedja trid tissarraf f’ġustizzja u għalhekk l-Oppożizzjoni trid tkun il-vuċi ta’ kull leħen li l-gvern ipprova jsikket. L-Oppożizzjoni għandha obbligu li tkun dik il-vuċi. Hu qal li l-pajjiż għandu għażla bejn it-triq tas-silenzju jew triq ġdida biex jinbidlu l-affarijiet .

Quddiem din is-sitwazzjoni, il-Gvern għandu jneħħi lill-Kummissarju tal-Pulizija u jingħażel ieħor li jagwdi r-rispett tal-parlament appuntat b’żewġ terzi tal-Kamra, jibdew il-proċeduri biex jinbidel l-Avukat Ġenerali u tibda’ diskussjoni biex l-istituzzjonijiet jerġgħu jiksbu l-indipendenza tagħhom. Dna hu l-minimu li jista’ jagħmel il-gvern għalkemm dawn mhux se jġibu lura lil Daphne Caruana Galizia iżda jistgħu jibgħatu messaġġ ċar li l-pajjiż ma jridx jgħereq.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Oppożizzjoni se tkompli taħdem u tinsisti li l-inkjesta maġisterjali issir mingħajr indħil politku u li tinterfa’ r-responsabbiltà politika biex il-pajjiż jibda paġna ġdida. Din għandha tintrefa mill-Prim Ministru Joseph Muscat u għalhekk Muscat għanudu jirriżenja mill-kariga u jerfa’ r-responsabbiltà għal dan l-assassinju politiku.

Joseph Muscat irid ikun l-ewwel wieħed li jagħti eżempju għax hu mexxa partit politiku li wassal għal dak li ninsabu fih illum bl-għażliet li għamel. Kien hu li ħalla l-elementi vjolenti fil-partit tiegħu u li ħalla l-elementi vjolenti jattakkaw lin-nies.

Kien hu li injora s-sewwa magħruf u ma offriex is-sigurtà lill-ġurnalista li kienet voċifora kontra l-gvern tiegħu. Il-gvern kellu obbligu li jħares il-ħajja ta’ Daphne Caruana Galizia għaliex kienet ċar quddiem kulħadd. Ir-responsabbiltà politika ta’ dan l-obbligu hi f’ħoġor Joseph Muscat.

Adrian Delia qal li l-gvern għamel erba’ sninbi skorta ta’ pulizja fuq razzett tan-nagħaġ u ma offietx protezzjoni li min kien evidenti li kellu bżonn protezzjoni. L-Oppożizzjoni lesta tgħin jekk ikunu milqugħa dawn il-proposti.

L-Oppożizzjoni mhux se tkun kompliċi f’tentattiv ta’ relazzjonijiet pubbliċi jekk mhux se jittieħdu l-passi meħtieġa. Il-Prim Ministru, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali għandhom jirriżenjaw. Malli l-Prim Ministru jilqa’ t-triq ta’ diċenza politika, l-Oppożizzjoni tibda tgħin lill-Gvern. F’dan il-mument l-Opożizzjoni se tingħaqad man-nies fi protesta li mhux se tispiċċa qabel issir ġustzzija u qabel fil-pajjiż tirrenja s-saltna tad-dritt u terġa’ tirbaħ id-demokrazija.