Lokali

“Joseph Muscat hu kompliċi f’dan l-assassinju” – Matthew Caruana Galizia

It-tifel ta' Daphne Caruana Galizia jikteb fuq Facebook - "ninsabu fi stat tal-mafja"

Iben Daphne Caruana Galizia, Matthew, għamel stqarrija iebsa fuq Facebook fejn akkuża lill-Prim Ministru Muscat li hu kompliċi fil-qtil ta’ ommu.

Matthew Caruana Galizi kiteb hekk: “Joseph Muscat, Keith Schembri, Chris Cardona, Konrad Mizzi, l-Avukat Ġenerali, u lista ta’ Kummissarji li ma ħadux azzjoni – intom kompliċi. Intom responsabbli għal dan.”

It-tifel ta’ Daphne Caruana Galizia qal illi meta ħareġ jiġri meta sema l-isplużjoni tal;-karozza sab infern quddiem għajnejh. U dak il-ħin beda jgħajjat mal-Pulizija, “ommi mejta kaġun tal-inkompetenza tagħkom”.