Lokali

“Irrid inkun it-tama għall-politika tas-sewwa li tirrispetta d-dinjita’ tal-persuna”

Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-affarijiet tal-Parlament, Edwin Vassallo, tenna li jrid jkun it-tama fil-politika għas-sewwa li tirrispetta id-dinjita’ tal-persuna
umana.

Huwa qal dan permezz ta’ stqarrija lill-media fejn qal li jemmen li l-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fil-Bidnija, huwa frott in-nuqqas tal-valuri li bħala soċjeta’ Maltija aħna tlifna.

F’kumment fuq il-paġna tiegħu fuq facebbok, Edwin Vassallo fakkar li Daphne Caruana Galizia qabel kienet ġurnalista, kienet mara u omm. Huwa kompla jgħid li illum aktar min qatt qabel jeħtiġ nerġgħu niskopru l-valuri tagħna: ir-rispett lejn il-ħajja ta’ kull bniedem, li hi imprezzabli u ma
għandniex jedd fuqha, u r-rispett lejn id-diversità fil-ħsieb.

L-istqarrija tkompli tgħid li wiehed ma jistax jinsa dak li seħħ fi Sqallija 25 sena ilu u wisq iktar dak li ġara f’pajjiżna 38 sena ilu. Dawn huma avvenimenti li jheddu l-liberta’ ħielsa tal-bniedem u jfarrku id-demokrazija.

Edwin Vassallo sostna li dan il-pajjiż jeħtieġ li jifhem li hemm bżonn ta’ deċiżjonijiet fuq l-valuri tas-sewwa, għaliex b’hekk biss nistgħu inwettqu ġustizzja u naslu ngħixu f’armonija ta’ soċjeta li taf tgħix.

Edwin Vassallo saħaq li dan huwa l-impenn tiegħu sabiex fil-politika jkun xhieda tal-valuri tas-sewwa u it-tisħieħ tal-liberta’ u id-demokrazija f’pajjiżna.