Futbol Sport

Jitilgħu l-poloz tal-play-offs ewropej għat-Tazza tad-Dinja

Ftit tal-ħin ilu, telgħu l-poloz biex ikunu magħrufa l-erba’ logħbiet tal-play-offs għat-Tazza tad-Dinja. Dawn l-erba’ timijiet li jikkwalifikaw minn dawn il-logħbiet, jingħaqdu mad-disa’ timijiet l-oħra li diġà kkwalifikaw f’isem il-kontintent Ewropew.

Il-poloz

Irlanda ta’ Fuq v Żvizzera

Kroazja v Greċja

Danimarka v Irlanda

Żvezja v Italja

L-ewwel legs jintlagħbu bejn id-9 u l-11 ta’ Novembru u l-logħbiet ta’ ritorn jintlagħbu bejn it-12 u l-14 ta’ Novembru.