Il-kowċ Taljan Alberto Zaccheroni nħatar bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Emirate Għarab Magħquda.
Hu ffirma kuntratt li jorbtu mat-tim sal-2019, jiġifieri sas-sena li matula l-pajjiż se jkun qed jospita t-Tazza tal-Asja.
Ta’ min jiftakar li fl-2011 Zaccheroni kien rebaħ din it-tazza meta kien kowċ tal-Ġappun. Zaccheroni se jieħu post Edgardo Bauza li f’Mejju li għadda kien inħatar kowċ tat-tim wara li ma baqax imexxi lit-tim nazzjonali Arġentin.
Matul il-karriera tiegħu Zaccheroni mexxa timijiet bħal ma huma Juventus, Torino, Inter Milan, Lazio, Milan u Udinese.
//= $special ?>