L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti tikkundanna l-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia li seħħ il-bieraħ.
Din il-ġrajja mhux biss hija attakk fuq persuna jew familja iżda hija attakk fuq pajjiżna u fuq il-valuri li jagħmluna dak li aħna bħala poplu: il-valur tal-ħajja, il-valur tal-liberta’ tal-espressjoni u l-valur li kull wieħed u waħda minna jeżerċita l-professjoni tiegħu jew tagħha mingħajr biża’.
F’dan il-mument iebes għal pajjiżna, l-ISA tappella għall-għaqda fil-ħsieb u fl-għemil. Tagħmel ukoll appell qawwi biex ilkoll nagħrfu nedukaw lis-soċjeta’ tagħna, b’mod partikolari lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, sabiex inrawmu sens qawwi ta’ rispett reċiproku, tolleranza u tal-valuri kardinali tad-demokrazija li fuqhom hija msejsa s-soċjeta’ tagħna.
L-ISA twassal il-kondoljanzi tagħha lill-familja Caruana Galizia.
//= $special ?>