Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista jistmerr u jiddeplora l-assassinju tal-ġurnalista u blogger, Daphne Caruana Galizia.
Daphne mhux biss kienet meqjusa bħala l-aħwa ġurnalista investigativa ġewwa pajjiżna, imma kienet magħrufa mad-dinja kollha bħala il-ġurnalista li kixfet l-iskandli tal Panama. Ingħatat ukoll rikonoxximent bħala waħda min 28 ġurnalist li biddlu l-ġurnalizmu fl-Ewropa.
Il-qtil ta Daphne ifisser li l-liberta’ tal-kelma reġgħet qed tiġi mhedda f’Malta u l-ogħla istituzzjonijiet f’pajjiżna qed jitmermru.
Għalina, Daphne mietet martri biex issalva id-demokrazija u d-dritt tal-espressjoni ħielsa f’pajjiżna.
L-MNPN esprima solidarjeta mall-familja Caruana Galizia.
//= $special ?>

