Lokali

L-MNPN jistmerr u jiddeplora l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia

Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista fi stqarrija sostna li jistmerr u jiddiplora l-assassinju tal-ġurnalista u blogger, Daphne Caruana Galizia.

Daphne mhux biss kienet meqjusa bħala l-aqwa ġurnalista investigattiva ġewwa pajjiżna, imma kienet magħrufa mad-dinja kollha bħala l-ġurnalista li kixfet l-iskandli tal-Panama. Ingħatat ukoll rikonoxximent bħala waħda minn 28 ġurnalist li biddlu l-ġurnalizmu fl-Ewropa.

Il-qtil ta Daphne ifisser li l-liberta tal-kelma reġgħet qed tiġi mhedda f’Malta u l- ogħla istituzzjonijiet f’pajjiżna qed jitmermru.

L-MNPN sostna li Daphne mietet martri biex issalva d-demokrazzija u d-dritt tal-espressjoni ħielsa f’pajjiżna u jixtieq juri  solidarjeta’ mal-familja tagħha kollha.