Il-Partit Nazzjonalista saħaq li jirrispetta d-deċiżjoni li l-inkjesta Maġisterjali dwar il-qtil politiku tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tingħadda għand il-Prim Imħallef biex, minn naħa tiegħu, jgħaddiha għand Maġistrat ieħor. Din kienet deċiżjoni li messha ttieħdet minnufih u mhux 17-il siegħa wara.
Pajjiżna qatt ma kellu jasal f’dan il-punt, fejn l-istituzzjonijiet pubbliċi, fosthom il-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati, huma kollha mnawwrin. Dan hu r-riżultat tat-tmexxija f’pajjiżna matul l-aħħar ħames snin.
Il-poplu Malti u Għawdxi qed jistenna li ssir ġustizzja.
//= $special ?>