Lokali

Se ssir velja oħra wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia – issa quddiem Kastilja!

Illejla fis-17:45 se ssir velja oħra simili għal dik li saret ilbieraħ minn Tas-Sliema sa San Ġiljan wara l-qtil brutali tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Din id-darba l-velja se ssir quddiem Kastilja, post storiku ta’ pajjiżna. Hu għalhekk li dawk li se jattendu, bil-preżenza tagħhom, se jitolbu ġustizzja u ħarsien tas-soċjetà mill-ogħla istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.

Din se tkun it-tielet darba f’madwar 24 siegħa li ssir velja jew ġabra ta’ nies bl-istess għan. Kmieni llum wara nofsinhar għall-ħabta tas-1:30p.m. quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta saret protesta organizzata mis-Civil Society Network bl-iskop li tintalab ġustizzja wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Ilbieraħ, eluf ta’ persuni ltaqgħu f’Tas-Sliema u San Ġiljan f’velja b’rispett u tifkira għal Daphne Caruana Galizia.