Lokali

Is-Surġent tal-Pulizija li ċċelebra l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie sospiż

Is-Surġent Ramon Mifsud li lbieraħ kiteb fuq Facebook dwar il-ferħ li ħass dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ġie sospiż – bl-Uffiċju tal-Prim Ministru jiddeskrivi dan il-kumment bħala ħaġa kundannabbli u ta’ stemmerija.

Ramon Mifsud se jiġi investigat mill-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliċi.

Intant, l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta (MPA) fi stqarrija kkundannat il-kumment li tpoġġa fuq il-midja soċjali minn Surġent tal-Pulizija li appoġġja il-qtil barbaru tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-MPA tikkundanna kumment ta’ Surġent tal-Pulizija dwar il-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia